St John's Co-Cathedral

Open Day nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju għall-Esebizzjoni tal-Arazzi fil-Konkatidral ta’ San Ġwann

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann bi pjaċir tħabbar Open Day biex il-viżitaturi jkunu jistaw jesperjenzaw is-sbuħija tas-Sett tal-Arazzi wara proċess estensiv ta’ restawr li dam għaddej 16-il sena. L-Open Day ser tkun mingħajr ħlas għall-pubbliku nhar il-Ħadd 7 ta’ Mejju 2023, bejn it-15:00 hrs u t-20:00 hrs (l-aħħar entratura hija fis-19:30 hrs). Din il- ġurnata se tipprovdi opportunità esklussiva għall-pubbliku biex jara u jesperjenza parti integrali mill-wirt kulturali u storiku ta’ Malta għal aktar minn tliet sekli. Il-viżitaturi jistgħu jesploraw l-intier imsebbaħ tal-Konkatidral fi gruppi gwidati dwar l-Arazzi, kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż.

Is-sett ta’ Arazzi ġew ikkummissjonati mill-Gran Mastru tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, Frà Ramon Perellos y Roccafull, bejn l-1697 u l-1702. Dawn l-arazzi juru episodji mill-Ħajja ta’ Kristu u t-Trijonf tal-Knisja Kattolika. Is-sett beda jittieħed il-Belġju fl-2006 u ġew irrestawrati mir-Royal Manufacturers De Wit Laboratories, il-Belġju fejn il-proġett ġie ffinalizzat fl-2022. Dan is-sett ta’ Arazzi huwa l-ikbar sett komplut fid-dinja b’kobor ta’ 730 metru kwadru, u b’tul ta’ 120 metru.

L-Esebizzjoni tiftaħ fil-5 ta’ Mejju, mill-11.00 am ‘il quddiem, u tibqa’ għaddejja sal-24 ta’ Ġunju 2023 fil-ħinijiet tal-viżitaturi.

Għal aktar informazzjoni, ibgħatilna email fuq info@stjohnscocathedral.com.

ST JOHN’S CO-CATHEDRAL
VISITOR OPENING HOURS
Monday to Saturday:
09.00 hrs to 16.45 hrs
(last entry at 16.15 hrs)
Closed on Sundays and Public Holidays
ENTRANCE FEES
Adults €15
Seniors €12
Students €12
Children Free under 12 years of age (when accompanied by an adult)
ECCLESIASTICAL SERVICES
Monday to Friday:
08.30 hrs
Saturdays:
08.30 hrs / 17.45 hrs
Sundays and Feast Days:
7:45 hrs / 9:15 hrs / 11:30 hrs / 17:45 hrs