St John's Co-Cathedral

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann tniedi proġetti ta’ restawr fil-Knisja tal-Ġiżwiti fil-Belt Valletta

Ġie ffirmat Memorandum of Understanding li jniedi kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann u l-Fondazzjoni tal-Knisja tal-Ġiżwiti, u b’hekk turi koperazzjoni strutturali bejn iż-żewġ entitajiet.

 

Fost għanijiet oħra, il-Fondazzjoni se toffri s-servizzi tagħha ta’ restawr u konservazzjoni fuq tliet pitturi fil-kappella ta’ Santa Lucia u Sant’Agata u l-pittura ta’ Mattia Preti li turi l-Madonna mal-Qaddisin Karlu Borromeo u Franġisku de Sales fil-knisja tal-Ġiżwiti, imħallsa kollha mill-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann. “Dan se jiftaħ il-bibien tal-Konkatidral biex jgħin knejjes oħra fir-restawr u l-konservazzjoni tal-pittura u artifatti,” stqarr il-Prof. Mons. Emmanuel Agius, il-President tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral. Huwa qal ukoll “il-Konkatidral ta’ San Ġwann irid isir ċentru t’eċċellenza fl-dawn fl-oqsma tar-restawr u l-konservazzjoni biex b’hekk ikun ta’ servizz għal entitajiet oħra fl-esperjenza teknika u xjentifika li kisbet matul dawn l-aħħar 22 sena mindu twaqqfet il-Fondazzjoni fl-2001”.

Bejn l-1593 u l-1609 il-Knisja taċ-Ċirkonċiżjoni tal-Mulej inbniet mill-ordni tal-Ġiżwiti, u  hija waħda mill-eqdem u l-akbar knejjes fil-Belt Valletta. Il-knisja reġgħet inbniet mill-ġdid fl-istil Barokk minn Francesco Buonamici wara li fl-1634 sofriet ħsarat estensivi kawża splużjoni. Il-knisja baqgħet tintuża wara li l-Ġiżwiti tkeċċew minn Malta fl-1768. F’Lulju 2021 twaqqfet fondazzjoni ġdida biex tibda l-konservazzjoni li kienet fi bżonn kbir.

“Il-Fondazzjoni għandha l-istess għan tagħna: dak li nħarsu l-wirt kulturali tagħna li flimkien inħarsu għall-ġenerazzjonijiet futuri, kemm fil-Konkatidral kif wkoll mal-Knisja tal-Ġiżwiti,” stqarr Dr Owen Bonnici, Ministru għall-Wirt Kulturali, l-Arti, u l-Gvern Lokali. “Ninsab kuntent li nara lill-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann toffri l-għajnuna tagħha biex tgħin entitajiet oħra.”

Is-Segretarju Amministrattiv tal-Kurja tal-Arċisqof, Michael Pace Ross qal li “l-Arċidjoċesi tħeġġeġ entitajiet oħra biex jaħdmu flimkien fil-konservazzjoni u r-restawr tal-patrimonju tagħna. Dan il-ftehim huwa l-ewwel pass biex tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn dawn iż-żewġ fondazzjonijiet f’oqsma oħra wkoll.”

“Kemm il-Knisja tal-Ġiżwiti u l-Konkatidral ta’ San Ġwann għandhom storja rikka ħafna, u huma xempju ta’ arkitettura u arti tal-għola livell,” enfasizza l-President tal-Fondazzjoni tal-Knisja tal-Ġiżwiti, Dr David Camilleri. “Billi ningħaqdu mal-Fondazzjoni San Ġwann, nistgħu nkomplu nirrestawraw il-Knisja tal-Ġiżwiti fl-istat pristin, u b’hekk inżidu l-aċċessibbiltà tal-wirt nazzjonali tagħna għal kulħadd.”

Photos: Archibishop’s Curia, The St John’s Co-Cathedral Foundation

ST JOHN’S CO-CATHEDRAL
VISITOR OPENING HOURS
Monday to Saturday:
09.00 hrs to 16.45 hrs
(last entry at 16.15 hrs)
Closed on Sundays and Public Holidays
ENTRANCE FEES
Adults €15
Seniors €12
Students €12
Children Free under 12 years of age (when accompanied by an adult)
ECCLESIASTICAL SERVICES
Monday to Friday:
08.30 hrs
Saturdays:
08.30 hrs / 17.45 hrs
Sundays and Feast Days:
7:45 hrs / 9:30 hrs / 11:30 hrs / 17:45 hrs
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.