Il-Konkatidral ta’ San Ġwann
Il-Konkatidral ta’ San Ġwann huwa ġawhra tal-arti u l-arkitettura Barokka. Inbena bħala l-knisja konventwali għall-Kavallieri ta’ San Ġwann. Il-Gran Mastri u bosta kavallieri offrew rigali ta’ valur artistiku għoli u taw kontribuzzjonijiet numerużi biex iseddquh bl-aħjar xogħlijiet tal-arti. Din il-knisja għadha sallum Santwarju importanti u post sagru għall-qima. Huwa wkoll post għal avvenimenti kulturali.
Ħinijiet tal-Ftuħ
Mit-Tnejn sal-Ġimgħa: Mid-09:30 sal-14:30 (l-uffiċċju tal-biljetti jagħlaq fl-14:00) |
Is-Sibt: Mid-09:30 san-14:30 (l-uffiċċju tal-biljetti jagħlaq f’14:00) |
Magħluq il-Ħdud u fil-festi pubbliċi.
Servizzi Ekkleżjastiċi
Fil-Ħdud u l-Festi: 07:45 09:15 11:00 12:00 (minbarra Lulju, Awwissu u Settembru) 17:30 (1 ta’ Novembru sat-30 ta’ Ġunju) 18:00 (1 ta’ Lulju sal-31 t’Ottubru) |
Is-Sibtijiet: 08:30 17:30 (1 Novembru – 30 ta’ Ġunju) 18:00 (1 Lulju sal-31 ta’ Ottubru) . Fost il-Ġimgħa: 08:30 |
Prezz tad-Dħul
Il-ħlas għad-dħul jinkludi gwidi tal-awdjo li jinġarru fl-idejn b’24 waqfa, li huma disponibbli għall-viżitaturi fil-lingwi li ġejjin (il-Malti, l-Ingliż, it-Taljan, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Ispanjol, il-Ġappuniż u r-Russu). Il-viżitaturi kollha jistgħu jagħmlu użu minn dawn il-gwidi mingħajr ħlas.
Għalfejn nitolbu ħlas lill-viżitaturi li jidħlu f’San Ġwann:
L-interess fil-Konkatidral ta’ San Ġwann ifisser f’numru għoli ta’ viżitaturi iżda l-fibra delikata tal-knisja ma kinitx magħmula għal dawn il-viżitaturi kollha. L-ispejjeż amministrattivi u dawk ta’ manutenzjoni huma għoljin ħafna. Biex inkunu nistgħu insostnu l-binja u nikkonservawha bix-xogħlijiet tal-arti kollha tagħha, nitolbu ħlas għad-dħul. Il-programmi ta’ konservazzjoni jiswew ħafna flus u jitwettqu kontinwament biex jikkonformaw mal-ogħla speċifikazzjonijiet sabiex il-Knisja tinżamm fil-glorja kollha tagħha. Iż-żjara u l-apprezzament tiegħek huma l-ikbar sodisfazzjon għalina.
Ma nitolbux ħlas għat-talb
Jekk l-intenzjoni tiegħek hija li titlob, jekk jogħġbok informa lill-istaff fid-daħla prinċipali u jiggwidawk lejn il-kappella indikata.
Adulti: €15.00 Anzjani: €7.50 Studenti: €7.50 Tfal taħt it-12-il sena: B’xejn
(meta akkumpanjati minn adult)