St John’s Co-Cathedral Foundation and University of Malta (UM) have set the path for a future of collaboration following the signing of a Memorandum of Understanding.

“Through a culture of sharing and widening our horizons we can look at collaborations such as this, between the University of Malta and a world heritage site such as St John’s Co-Cathedral, as forward looking and a means to utilise expertise to enhance our knowledge about such monuments,” stated Minister for Justice, Culture and Local Government, Owen Bonnici.

“Through this partnership, we are able to learn and discover more information about this majestic building and at the same time I am sure that University Students will appreciate this monument more when they are here. Our country is enriched with history and culture and through a collaboration of this kind we are encouraging more awareness when it comes to our history.”

Wilfrid Buttigieg, President of the St John’s Co-Cathedral Foundation, explained “this is a historic moment, which is paving the way to transform St John’s Co-Cathedral into a research hub for academics and students alike. The term historic is being used because only in time will we be able to appreciate the fruits of this new beginning. We believe that the University of Malta is a key partner institution. The resources, specialisations and expertise available at University are more than what meets the eye, hence this sustains our belief in cultivating such a collaborative potential. As a Foundation we are also duty bound by statute to publish and empower researchers and academics. This MOU aims to facilitate access for the University of Malta and its respective Faculties, Departments, Institutes to the entirety of the heritage comprised within the premises of St John’s Co-Cathedral and the new work in progress Museum Project.” Mr.Buttigieg concluded.

University of Malta Rector, Professor Alfred J. Vella, commented that such a collaborative effort with St. John’s Co-Cathedral Foundation will surely benefit scholarly research and further enhance knowledge of the unique historical and artistic gem that the Co-Cathedral represents. “This Agreement provides the opportunity for UM scholars to experience such a magnificent context and develop their knowledge within a world class monument,” he said.
Michael Pace Ross, representing the Diocese of Malta, commended the partnership between the State and the Church which is now also being extended towards the University of Malta. He believes that “the Foundation is managing to find the right balance to cooperate with all those involved and to achieve results in doing so. The faith based tourism found in Malta could lead to further enhance the visitors’ stay on the island”

The Press conference was concluded by Mr. Buttigieg who introduced Dr. Sebastiano D’Amico from the UM, who has recently conducted GPR testing of the tombstones which produced truly intriguing results of what lies underneath some tombstones at St John’s Co-Cathedral.


 

Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann u l-Università ta’ Malta fetħu l-bibien lejn futur ta’ kollaborazzjoni wara li ffirmaw Memorandum ta’ Ftehim.

Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, Owen Bonnici qal li “permezz ta’ kultura ta’ sehim u t-twessigħ tal-orizzonti tagħna, nistgħu nħarsu lejn kollaborazzjoni bħal din bejn l-Università ta’ Malta u sit ta’ wirt dinji bħalKonkatidral ta’ San Ġwann bħala waħda progressiva u bħala mezz biex tintuża l-kompetenza sabiex intejbu l-għarfien tagħna dwar monumenti bħal dawn.”

Hu kompla jgħid li “permezz ta’ din is-sħubija, issa nistgħu nitgħallmu u niskopru aktar dwar din il-binja majestuża u fl-istess ħin ċert li l-istudenti fl-Università se japprezzaw dan il-monument aktar meta jkunu hawnhekk.  Pajjiżna huwa mogħni bi storja u kultura rikka, u permezz ta’ kollaborazzjoni ta’ dan it-tip qegħdin inħeġġu li jikber aktar l-għarfien tal-istorja tagħna.”

Wilfrid Buttigieg, President tal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, spjega li “dan huwa mument storiku, li qed iwitti t-triq għat-trasformazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann f’ċentru ta’ riċerka kemm għall-akkademiċi kif ukoll għall-istudenti.  Qed insejħulu storiku għax huwa biss biż-żmien li nistgħu napprezzaw il-frott ta’ dan il-bidu ġdid. Aħna nemmnu li l-Università hija istituzzjoni importanti ħafna għalina. Ir-risorsi, speċjalizzazjonijiet u kompetenza disponibbli l-Università huma lil hinn minn dawk li nistgħu nimmaġinaw, u allura din issostni it-twemmin taghna f’dan il-ftehim reċiproku. Bħala Fondazzjoni għandna d-dmir skont l-istatut li nippubblikaw u nagħtu s-setgħa lir-riċerkaturi u akkademiċi.  Dan il-Memorandum ta’ Ftehim għandu l-għan li jiffaċilita l-aċċess lill-Università ta’ Malta u l-Fakultajiet, Dipartimenti, Istituzjonijiet rispettivi għall-wirt kollu li jinsab fil-bini tal-Konkatidral ta’ San Ġwann u l-Mużew tiegħu” ikkonkluda is-Sur Buttigieg.

Ir-Rettur tal-Università ta’ Malta, il-Professur Alfred J. Vella, qal li sforz kollaborattiv bħal dan mal-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Gwann żgur se jibbenifika lir-riċerka akkademika u jtejjeb aktar l-għarfien dwar il-ġawhra unika storika u artistika li l-Konkatidral jirrappreżenta. Huwa qal, “Dan il-Ftehim jipprovdi l-opportunità għal studjużi tal-Università ta’ Malta li jesperjenzaw kuntest daqshekk  manjifiku u jiżviluppaw l-għarfien tagħhom f’monument ta’ klassi mondjali”.

Michael Pace Ross, rappreżentant tad-Djoċesi ta’ Malta faħħar is-sħubija bejn l-Istat u l-Knisja li issa qiegħda tiġi wkoll estiża lejn l-Università ta’ Malta.  Huwa jemmen li “l-Fondazzjoni qed jirnexxilha żżomm il-bilanċ korrett biex tikkoopera ma’ dawk kollha involuti u li tikseb riżultati meta tagħmel dan.  It-turiżmu f’Malta bbażat fuq il-fidi jista’ jwassal sabiex jitjieb aktar is-soġġorn tal-viżitaturi fuq il-gżira”

Il-Konferenza għall-aħbarijiet ġiet magħluqa mis-Sur Buttigieg li introduċa lill-Dr. Sebastiano D’Amico mill-Università ta’ Malta li dan l-aħħar mexxa ttestjar tal-lapidi bil-GPR (radar li jippenetra l-art), li pproduċa riżultati tassew affaxxinanti ta’ dak li hemm taħt uħud mil-lapidi fil-Konkatidral ta’ San Gwann.

Share this...