The St John’s Co-Cathedral Foundation has announced that on Monday the 19th of March, the public can visit the Co-Cathedral for free. The event will be held from 5pm till 9pm and visitors will also have the opportunity to view the internal gallery which is being opened for the first time ever for the general public.

“Through an inclusive and accessible culture, we are able to increase awareness of this vast sector which has a sound foundation in our country, especially when it comes to our identity,” stated Minister for Justice, Culture and Local Government Owen Bonnici. “I will keep on working to ensure that these events keep happening, and increase as well. I strongly believe that we should continue sharing our rich history and culture, and that we should always ensure that culture is accessible to everyone. These open days have become quite popular and it is evident that they are sought by the public – in fact during the last Heritage Malta open day, which occurred at the Tarxien Temples, there were more than six thousand visitors,” he continued.

Wilfrid Buttigieg, President of the St John’s Co-Cathedral Foundation, explained that this new aspect in the visitors’ route has been very well received. “Ever since its opening people have been sharing more photos on social media of this spectacular view of the Co-Cathedral. Our aim as a Foundation is that the Maltese population at large enjoys and appreciates the beauty of this national treasure.”  Buttigieg went on to explain that “the Foundation has started a dialogue with other local entities such as Heritage Malta with the aim of strengthening the Maltese cultural product through collaboration.”

Cynthia de Giorgio, curator of St John’s Co-Cathedral explained the function of the balcony, which serves as connection and gives access from inside to the bell towers and was embellished together with the main door under the Grand Master Nicholas Cotoner.

Noel Zammit, Heritage Malta’s CEO has announced other initiatives which will be of benefit to the Maltese and Gozitan public. “We are in fact promoting a ‘Cultural/Heritage Day’ together on Monday 19th March where the Maltese public can visit two Heritage Malta sites, the Roman Domus and the St. Paul’s Catacombs, both in Rabat, from morning till the afternoon then proceed to visit St John’s Co-Cathedral in the evening, all being free of charge,” said Zammit.

Michael Pace Ross, a representative of the Diocese of Malta praised the model administrative partnership between state and church expressed through the Foundation. Mr Pace Ross said that the Archdiocese is cooperating with the competent authorities in promoting faith-based tourism, and giving access to the viewing gallery of the co-cathedral was another step in enhancing the experience of such visitors. The Archdiocese also encourages locals to visit the co-cathedral on 19th March.


Il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann kif qatt ma rajtu qabel

Il-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann qegħda tħabbar li nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu l-pubbliku se jkun jista’ jżur il-Kon-Katidral bla ħlas. Waqt din l-attività li se tibda mill-5 ta’ wara nofsinhar sad-disgħa, il-viżitaturi se jkollhom l-opportunità li jżuru wkoll il-gallarija interna li infetħet għal pubbliku għall-ewwel darba fl-istorja.

“Permezz ta’ kultura inklussiva u aċċessibbli qegħdin noffru aktar għarfien dwar dak kollhu li jagħmilna Maltin,” stqarr il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonniċi. Hu kompla jgħid li se jibqa’ jaħdem biex dawn l-avvenimenti dejjem jibqgħu jsiru u kemm jista’ jkun jiżdiedu. “Bħala Malti, nemmen li għandna inkomplu nesponu l-istorja tant rikka ta’ pajjiżna u nagħmlu kultura disponibbli għal kulħadd. L-open days qed ikunu ta’ suċċess, kif ukoll huwa evidenti kemm in-nies jistennewhom u jattendu bil-ħerqa – filfatt fl-aħħar open day ta’ Heritage Malta li saret it-Tempji ta’ Ħal Tarxien kien hemm aktar minn sitt elef ruħ li attendew għal din il-ġurnata. Dan qiegħed iħeġġiġna biex inkomplu niftħu aktar siti għall-pubbliku.”

Wilfrid Buttigieg, il-President tal-Fondazzjoni tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, spjega li dan l-aspett ġdid fir-rotta tal-viżitaturi ntlaqa’ tajjeb ħafna mill-pubbliku u minn mindu infetħet jidher li n-nies qegħdin itellgħu iktar ritratti fuq il-midja socjali ta’ din il-veduta spettakolari tal-Kon-Katidral. Buttigieg kompla jgħid li “L-għan tagħna bħala Fondazzjoni huwa li iktar Maltin u Għawdxin igawdu u japprezzaw dan il-ġojjell nazzjonali. Il-Fondazzjoni bdiet proċess ta’ djalogu u ta’ ħidma id f’id ma’ entitajiet oħrajn lokali bħal Heritage Malta biex permezz ta’ kollaborazzjoni u ħidma konġunta jissaħħaħ il-prodott kulturali Malti.”

Cynthia de Giorgio, il-kuratur tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, spjegat il-funzjoni tal-gallerija “li tgħaqqad u tagħti aċċess minn ġewwa għall-kampnari u li ġiet irranġata flimkien mal-bieb prinċipali fi żmien il-Gran Mastru Nicolo Cotoner.

Noel Zammit, il-Kap Ezekuttiv ta’ Heritage Malta, ħabbar inizjattivi oħra li ser jibbenifika minnhom il-poplu Malti u Għawdxi. “Fil-fatt qegħdin nippromwovu ġurnata kulturali flimkien nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu li ġej fejn il-pubbliku Malti jista’ jżur żewg siti ta’ Heritage Malta, Id-Domus Romana u l- Katakombi ta’ San Pawl – it-tnejn fir-Rabat, bla ħlas minn filgħodu sa wara nofsinhar u mill-ħamsa sad-disgħa ta’ filgħaxija jżur il-Kon-Katidral,” qal Zammit.

Michael Pace Ross, rappreżentant tal-Kurja f’Malta faħħar il-mudell amministrattiv eżemplari ta’ kollaborazzjoni bejn l-Istat u l-Knisja permezz tal-Fondazzjoni. Is-Sur Pace Ross qal li l-Arċidjoċesi qed taħdem mal-awtoritajiet biex tippromwovi turiżmu reliġjuż, u l-ftuħ tal-gallarija interna tal-konkatidral żgur se twessa’ l-esperjenza tat-turisti li jżuru dan it-tempju. L-Arcidjoċesi tħeġġeġ lill-Maltin biex huma wkoll iżuru l-konkattidral fid-19 ta’ Marzu.

Share this...