Nhar is-Sibt 2 ta’ Novembru 2019, fil-weekend tal-Festa tal-Qaddisin u t-Tifkira tal-Erwieħ Kollha, il-Konkatidral qed jiftaħ il-bibien tiegħu bit-tema ‘Qaddisin fil-Konkatidral ta’ San Ġwann’.

Il-viżitaturi jidħlu b’xejn bejn is-1.30pm u l-4.30pm, u għandhom l-opportunità li jiskopru l-Konkatidral bl-għajnuna ta’ fuljett imħejji għal din l-okkażjoni.

Il-viżitaturi jistgħu wkoll jiskopru iktar dwar dan il-monument dinji permezz tal-Vidjo-Gwida (li ma jintalabx ħlas għas-servizz) waqt iż-żjara, jew permezz tal-mobile app il-ġdida, The St John’s App, li tista’ titniżżel b’xejn mill-Google Play jew l-App Store.

Il-Fondazzjoni tavża li:

  • mhux se jkunu aċċettati gwidi bil-gruppi matul il-ħinjiet indikati;
  • il-Konkatidral ta’ San Ġwann huwa post ta’ qima, u tavża għal ilbies diċenti;
  • xalel u mezzi biex titgħatta jiġu provduti fl-entratura;
  • tkaken irqaq u dojoq ta’ żraben mhumiex permesi fuq l-art interzjata tal-irħam, u
  • ritratti huma permess fil-knisja, iżda l-użu tal-flash huwa pprojbit.

Għal iktar informazzjoni tista’ tibgħat imejl fuq [email protected].

 

Share this...