Il-Ħadd, 17 ta’ Ġunju 2018, fil-11:00 a.m., Monsinjur Pawlu Cremona O.P., Arċisqof Emeritu, imexxi Quddiesa organizzata mill-Ambaxxata tal-Ordni Sovran Militari ta’ Ġerusalemm, Rodi u Malta.

Is-Sibt, 23 ta’ Ġunju, fil-Festa tat-Twelid ta’ San Ġwann Battista fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, fil-5:00 p.m., Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna jmexxi t-Traslazzjoni Solenni tar-relikwja mill-Oratorju għall-Artal Maġġur. Isir ukoll kant solenni tal-Ewwel Għasar mit-tron. Fis-6:00 p.m., issir Quddiesa tal-ħin.

Il-Ħadd 24 ta’ Ġunju, fid-9:15 p.m., Monsinjur Arċisqof jippresiedi l-Pontifikal Solenni tas-Solennità tat-Twelid ta’ San Ġwann il-Battista. Isir ukoll Quddies fil-11:00 a.m. u f’nofsinhar.

Fis-5.45 p.m. isir it-Tieni Għasar tal-Festa, u fis-6:00 p.m. issir Quddiesa tal-ħin.

Il-Ħamis 29 ta’ Ġunju, Festa tal-Martirju ta’ San Pietru u San Pawl, fit-8:30 a.m. jitkanta t-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum, u Quddiesa.

Mix-xhur ta’ Lulju sa Ottubru, il-Quddiesa kemm tas-Sibt filgħaxija kif ukoll tal-Ħadd filgħaxija minflok tibda fil-5.30 p.m. se tibda ssir fis-6.00 p.m.

Share this...