Il-Fondazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann qed toffri programm ta’ formazzjoni fuq bażi part-time.

Jekk inti interessat fir-restawr u l-konservazzjoni ibgħat is-CV tiegħek akkumpanjata b’ittra, fuq [email protected].

Deskrizzjoni tal-Impjieg:
Id-Dipartiment tal-Konservazzjoni tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta, Malta hija nteressata li tirċievi applikazzjonijiet għal taħriġ fir-restawr, b’enfasi partikolari fuq ir-restawr tal-irħam. Ħafna mix-xogħol jikkonsisti fil-konservazzjoni tal-injam, il-ġebla, l-irħam u l-metall. Il-programm ta’ taħriġ huwa għal dawk li jixtiequ jiksbu esperjenza f’dan il-qasam. It-terminu u l-ħinijiet talprogramm jiġu diskussi mal-persuni nteressati fuq bażi individwali.

Għal iktar dettalji ċempel 2122 0536

jew ibgħat email fuq [email protected]

Data tal-għeluq: Il-Ħadd 24 ta’ Novembru 2019

Share this...