Storja tal-Kon Katidral ta’ San Ġwann – Wirt tal-Kavallieri ta’ Malta

Ikkummissjonat fl-1572 mill-Gran Mastru Jean de la Cassiere bħala l-knisja konventwali ta’ l-Ordni tal-Kavallieri Ospitaliera ta’ San Ġwann u iddiżinjat mill-bravu perit Malti Girolamo Cassar, il-Kon Katidral ta’ San Ġwann huwa monument uniku ta’ importanza internazzjonali. Il-knisja hija iddedikata lill San Ġwann il-Battista il-qaddis patrun ta’ l-Ordni.

Il-kavallieri kienu nies nobbli ġejjin mill-aktar familji importanti ta’ l-Ewropa, u l-missjoni tagħhom kienet biex jipproteġu il-fidi Nisranija mill-attakki ta’ l-Ottomani. Wara li irnexxielhom jiddefendu il-gżira żgħira ta’ Malta kontra l-qawwa ta’ l-Ottomani fl-Assedju l-Kbir ta’ l-1565, dawwru lill Malta f’fortizza li kienet tixraq lill Ordni militari, u bnew belt kapitali ġdida, li kienet tixraq lill dawn in-nobbli. Wieħed mill-aktar postijiet prestiġjużi fil-Belt Valletta kien riservat għal knisja tagħhom.

Il-bini fuq il-knisja ta’ San Ġwann intemm fl-1577. Il-faċċata nieqsa mid-dekorazzjoni, għandha kampnar fuq kull naħa, hija mibnija fuq stil sever u għandha il-karattru ta’ fortizza, li tirrifletti il-ħsieb ta’ l-Ordni ftit snin wara l-Assedju l-Kbir. Il-korsija hija 53 metru twila u 15-il metru wiesgħa, b’kappelli fuq iż-żewġ naħat. Dawn il-kappelli ingħataw lill Lingwi skont is-senjorita tagħhom. Il-Lingwi Franċiżi, Aragoniża u Taljana tpoġġew viċin l-altar maġġur minħabba il-prominenza tagħhom.

Hekk kif fis-seklu sbatax beda dieħel l-istil artistiku tal-barokk, il-Gran Mastru Cotoner ordna biex il-knisja minn ġewwa tkun ri0-dekroata skont l-istil ġdida.

Il-kavallieri kienu ħerqana li jikkompetu mal-knejjes il-kbar ta’ Ruma u il-karattru dimostrattiv tagħhom jipprovdilhom ħafna materjal u possibilitajiet. Taw rigali ta’ livell artistiku għoli u taw kontribuzzjonijiet kbar biex tiżżejjen il-knisja bl-aħjar xogħolijiet mill-aħjar artisti tal-perjodu. L-artist Taljan minn Kalabrija, Mattia Preti, li kien ikkummissjonat biex jaħdem fil-knisja, biddel il-knisja minn ġewwa f’ċelebrazzjoni ta’ l-arti barokka. Dan huwa l-kuntrast kbir li hemm bejn il-faċċata sempliċi u serja ma l-istil aktar ferrieħi u festiv li naraw fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann minn ġewwa, u li jghamlu dan il-monument uniku.

Nhar it-12 ta’ Ġunju 1798, il-Kavallieri kellhom iċedu l-gżejjer Maltin lill Ġeneral Napuljun Bonaparte, u minħabba f’hekk telqu il-knisja konventwali tagħhom minn idejhom. Kien f’dan iż-żmien li l-knisja saret Kon Katidral. Il-Franċiżi ċedaw fl-1800 u l-Ingliżi ħadu it-treġija tal-gżejjer f’idejhom. L-istess privileġġi li kellhom il-kavallieri ta’ l-Ordni ta’ San Ġwann beda jgawdihom il-Gvernatur Ingliż, u wieħed minn dawn il-privileġġi kien l-użu tal-Kon Katidral ta’ San Ġwann.

Fis-seklu 19, il-kappella ta’ Franza spiċċat fil-mira tal-fanatiżmu tan-Nazzareni, moviment ispirat biex jirriforma l-arti Kristjana u jitneħħa l-ispirtu festiv tal-barokk. Il-Kon Katidral ta’ San Ġwann ġie fdat f’idejn Giuseppe Hyzler (1787 – 1858) il-mexxej tal-moviment Nazzareni f’Malta. Fil-ħerqa tiegħu biex jaħdem, huwa beda bil-kappella ta’ Franza, u neħħa l-altar, li probabbilment kien wieħed mill-aktar altari dekorati u interessanti li kien hemm fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann. Taħt id-direzzjoni tiegħu, anke l-monumenti funebri fil-kappella kienu se jkunu irranġati u xi ħsara laħqet saret fuq il-monument tal-Gran Mastru de Rohan, meta minħabba protesti qawwija fis-sajf ta’ l-1840, l-awtoritajiet waqqfu dan l-attakk fuq l-arti barokka.

Fl-1941, matul it-Tieni Gwerra Dinjija, il-Kon Katidral ta’ San Ġwann sofra diversi ħsarat minħabba l-attakki mill-ajru fuq il-Belt Valletta. L-aktar parti li sofriet ħsara kienet il-loġġa fi Triq il-Merkanti, għalkemm il-Kon Katidral salva bi ħniena minn din il-qerda kollha.

Fortunatament, l-affarijiet li kien hemm u li setgħu jitneħħew, kienu laħqu ittieħdu f’post ieħor għal aktar sigurtà.

Mill-1974, it-tron ta’ l-Arċisqof jinsab fil-post fejn qabel kien ikun hemm il-post tal-Gran Mastru, u wara użat mill-Gvernaturi Ingliżi.

Illum il-Kon Katidral ta’ San Ġwann huwa lok fejn ikunu organizzati attivitajiet kulturali, u huwa wieħed mill-aktar postijiet kulturali popolari li turisti jżuru meta jkunu Malta. Il-Fondazzjoni tal-Kon Katidral ta’ San Ġwann li twaqqfet fl-2001, tamministra, biex tiżgura il-konservazzjoni kemm tal-knisja kif ukoll tal-mużew.